Friday, December 13, 2024

In-numru tal-imwiet fis-Sudan kważa tal-gwerra ċivili hu ferm aktar għola minn dak irraportat

Aqra wkoll

In-numru tal-persuni li mietu minħabba l-gwerra ċivili li hemm fis-Sudan hu ferm aktar għola minn dak li qiegħed jiġi rraportat. Dan ħareġ minn studju li ġie ppubblika minn grupp ta’ riċerkaturi f’Londra.

Rapport fil-pajjiż jgħidu li s’issa kważa tal-ġlied diġà nqatlu 26,000 persuna, iżda r-riċerkaturi jgħidu li dan in-numru hu ferm għola meta tqis l-eluf kbar ta’ persuni li mietu minħabba l-mard li hemm u minħabba nuqqas ta’ ikel.

L-aktar persuni li tilfu ħajjithom hu fir-reġjun ta’ Darfur fejn qegħdin jiġu rraportati numru kbir ta’ atroċitajiet. Ħaddiema tal-Ewwel Għajnuna li jinsabu fil-pajjiż qalu li s-Sudan ħoloq l-akbar kriżi umanitarja li qatt eżistiet fid-dinja fejn hemm eluf kbar fosthom tfal li huma mejtin bil-ġuħ.

S’issa l-ħaddiema tal-Ewwel Għajnuna u anke Aġenziji tal-Ġnus Magħquda qegħdin jgħidu li mill-inqas 20,000 persuna mietu bil-ġuħ minn hekk ilha li bdiet il-gwerra ċivili.

Intant, rapporti oħrajn qegħdin jgħidu li waqt il-ġlied qegħdin jintużaw armamenti ġejjin minn Franza u dan minkejja sanzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda fuq l-istess armi biex ma jaslux fil-pajjiż.

Amnesty International qiegħda tgħid li l-milizja ta’ Rapid Sapport Forces li qegħdin jiġġieldu lill-armata tal-Gvern qegħdin jużaw vetturi li waslu mill-Emerati Għarab Magħquda u għandhom armamenti ġejjin minn Franza.

Ekonomija

Sport