Il-midfielder, James Maddison, se jħalli lil Leicester City fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Il-plejer internazzjonali Ingliż se jitlaq anke jekk The Foxes isalvaw posthom bir-relegazzjoni li għadha possibbli minħabba l-pożizzjoni fil-klassifika tagħhom.
Sadanittant tliet timijiet jixtiequ jiksbu s-servizzi tiegħu u dawn huma Manchester City, Tottenham Hotspur u Newcastle United.
Maddison għandu 26 sena u ilu ma’ Leicester sa mis-sena 2018.