Thursday, December 26, 2024

James Piscopo mhux se jibqa’ l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet mhux mistenni li jestendi il-kuntratt tiegħu mal-Awtorità, liema kuntratt jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta’ din is-sena.

Kienet l-awtorità li permezz ta’ stqarrija kkonfermat li Piscopo se jkun qed iwarrab minn Kap Eżekuttiv wara li indikalha li mhux bi ħsiebu jġedded il-kuntratt i għandu fis-seħħ.

L-aħbar waslet wara li fil-ġimgħat li għaddew saru allegazzjonijiet fil-konfront tal-istess Piscopo li l-Pulizija kienu qed jinvestigaw dikjarazzjoni li saret mill-eks-Chief of STaff tal-Prim Ministru Keith Schembri li Piscopo kellu fondi barra mill-pajjiż.

Piscopo serva bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista fis-snin li ppreċedew l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Huwa kien maħtur ċermen eżekuttiv ta’ Transport Malta u kien responsabbli ta’ proġeti infrastrutturali kbar fosthom il-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Kosta u l-proġett tal-Kappara Junction. Huwa dam jokkupa din il-kariga sa Ġunju tal-2018, meta eventwalment ħa l-inkarigu ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet.

L-Awtorità tal-Artijiet qalet li nbeda l-proċess biex tinstab il-persuna li se tkun qed timla l-inkarigu ta’ Piscopo, bil-għan li jkun hemm perjodu adegwat ta’ handover.

L-Awtorità rringrazzjat lil Piscopo għax-xogħol eċċellenti li għamel u elenkat numru ta’ tibdiliet li saru taħt it-tmexxija tiegħu.

Ekonomija

Sport