Saturday, May 18, 2024

Jamie Vardy se jibqa’ ma’ Leicester City

Aqra wkoll

Jamie Vardy se jibqa’ ma’ Leicester City minkejja li kellu offerta tajba mingħand Wrexham. Dan tal-aħħar għandu 37 sena u rebaħ il-kampjonat mal-Foxes fis-sena 2016 taħt il-gwida tal-kowċ Claudio Ranieri. Matul dan l-istaġun f’The Championship hu skorja 18-il gowl f’35 dehra mal-klabb u kien fundamentali sabiex it-tim reġa’ tela’ fil-kampjonat Premier Ingliż.

Vardy qal li Leicester City saret it-tieni dar tiegħu u għalhekk iħoss li għandu jkompli b’din l-avventura magħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport