Sunday, December 22, 2024

Jammeti li ħebb u weġġa’ żewġ uffiċjali tal-pulizija

Aqra wkoll

Ludvic Muscat ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar, ingħata sentenza sospiża wara li wieġeb ħati li ħebb u weġġa’ ħafif lil żewġ uffiċjali tal-pulizija. 

Il-każ seħħ fil-1 ta’ Awwissu, għall-ħabta tas-6.00 a.m., f’San Pawl il-Baħar. Huwa kien mixli wkoll li fil-ħin tar-reat kien fis-sakra u li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea sabitu ħati u kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal sena. Huwa kien ordnat ukoll biex fi żmien tliet snin iħallas multa ta’ €4,000. 

Ekonomija

Sport