Friday, November 22, 2024

Jammetti bid-dmugħ f’għajnejh li seraq minn ristorant u ħanut tal-ħwejjeġ

Aqra wkoll

Alġerin ta’ 25 sena residenti Tas-Sliema, ingħata l-libertà kkundizzjonata wara li ammetta li seraq minn ristorant u ħanut tal-ħwejjeġ. 

Fil-Qorti ħareġ kif Adem Djouambi kien daħal f’ristorant fil-Belt Valletta u seraq dokumenti ta’ persuni li kienet qiegħda tiekol hemmhekk. Huwa mbagħad daħal f’ħanut tal-ħwejjeġ u seraq il-basket ta’ mara li kien fih xi flus kontanti. 

Bid-dmugħ f’għajnejh, Djouambi wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jwettaqx ieħor fi żmien tliet snin.

Sport