Friday, March 29, 2024

Jammetti li beżaq f’wiċċ Surġent tal-Pulizija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena minn Birkirkara ngħata sentenza sospiża flimkien ma’ multa ta’ €2,000 wara li ammetta li beżaq f’wiċċ uffiċjal tal-pulizija fl-Għassa ta’ Birkirkara.

Eugenio Lanzon kien mixli li wettaq reat kontra uffiċjal pubbliku li kien qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu, li ma obdiex l-ordnijiet tal-pulizija, li ma kienx liebes maskra fil-pubbliku u li kiser il-paċi pubblika. 

Fil-Qorti ħareġ li Lanzon kien beżat f’wiċċ Surġent tal-Pulizija fl-Għassa wara li kien ittieħed hemm minħabba li kien fis-sakra u ma kienx qed jobdi l-ordnijiet tal-pulizija. 

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit sabet lil Lanzon ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u kkundannatu sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u mmultatu €2,000. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Andrew Agius. 

Ekonomija

Sport