Saturday, April 27, 2024

L-Awtoritajiet tas-Saħħa jfakkru x’wieħed għandu jagħmel jekk jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

Aqra wkoll

L-Awtoritajiet għas-Saħħa Pubblika fakkru li kull min jirċievi riżultat pożittiv tal-PCR jew ta’ Rapid Test għall-COVID-19 għandu jiżola lilu nnifsu immedjatament mill-mument li jirċievi r-riżultat.

Min jirriżulta pożittiv għandu jibda perjodu ta’ 14-il-ġurnata kwarantina obbligatorja u li dan jgħodd ukoll għal kull persuna li tgħix fl-istess residenza.

L-awtoritajiet qalu li biex ikun evitat aktar tixtrid, persuni li jittestjaw pożittivi għandhom jippreparaw lista tal-kuntatti li kienu fil-qrib tagħhom fil-jumejn ta’ qabel it-test pożittiv jew mindu żviluppaw sintomi, liema minnhom ikun ġie l-ewwel.

L-awtoritajiet ħeġġew lil kulħadd jilqa’ l-istedina għat-tilqima kontra l-COVID-19 filwaqt li appellaw biex jinżammu l-miżuri kollha kontra t-tixrid tal-virus tal-COVID.

Sport