Indjan ta’ 31 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella mixli li ħa filmati ta’ nisa waqt li kienu qed ibiddlu l-ħwejjeġ.
Kumer Vineet ammetta li ħa filmati bil-mowbajl ta’ numru ta’ nisa li kienu qed ibiddlu f’ħanut f’Tas-Sliema.
Waqt li ammetta l-imputat deher imbikkem u talab skuża għal dak li għamel.
L-Ispettur Jonathan Ransley qal li l-akkużat ammetta mill-ewwel u kkopera mal-Pulizija.
Il-Maġistrat Vella kkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin. Barra minn hekk huwa se jkun qiegħed jiġi deportat lura lejn pajjiżu.