Tuesday, July 22, 2025

Jammetti li ħebb għal ommu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena tressaq fil-Qorti tal-Maġistrati fejn ammetta li darab ħafif lil ommu, li heddidha u kkawżalha biża’ li se tintuża vjolenza kontriha jew kontra l-proprjetà tagħha. 

Il-Qorti semgħet kif l-allegata vittma kienet marret it-Taqsima tal-Vjolenza Domestika biex tagħmel rapport kontra binha. Hija kienet qalet lill-ufiċjali li l-imputat kien insulentaha fil-ġurnata ta’ qabel. 

L-Ispettur Colin Sheldon spjega kif l-imputat, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, kien qabad flixkun tal-inbid mill-friġġ u allegatament qal lil ommu: “Taħseb li ma  rrealizzajtx? Taħseb li se tqarraq bija? Dak li tagħmel lili, nagħmlu jien lilek.” 

L-imputat imbagħad mar lura fil-kamra tiegħu u għall-ħabta tas-1.30 a.m. allegatament qabad lil ommu minn għonqha u qalilha biex ma tgħid lil ħadd biex imur għalih. Hija rnexxielha taħrab minn fuq il-post u tagħmel rapport lill-pulizija fejn ippreżentat ukoll ċertifikat mediku li juri li sofriet ġrieħi ħfief.

L-Ispettur Sheldon żied jispjega li kien diffiċli biex isibu lill-imputat mill-ewwel iżda kien arrestat xi jiem wara. Fl-interrogazzjoni tiegħu, ir-raġel irrifjuta li jispjega lill-pulizija x’ried ifisser bil-kliem li allegatament kien qal lil ommu. 

Quddiem il-Maġistrat Ann Marie Thake, l-imputat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u tpoġġa taħt probation għal żmien tlitt snin filwaqt li nħarġet ordni ta’ trażżin għall-istess perjodu favur il-vittma. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport