Tuesday, February 18, 2025

Jammetti li ħebb għall-ex sieħba

Aqra wkoll

Alberto Maturo ta’ 38 sena wieġeb ħati li ħebb għall-eks sieħba tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ammetta mal-pulizija fi stadju bikri tal-investigazzjoni u anke kkopera bis-sħiħ. Qalet ukoll li tant kemm ikkopera li mar minn jeddu għand il-Pulizija meta ġie mitlub.

Kien għalhekk li l-Prosekuzzjoni ssuġġeriet li jingħata ordni ta’ probation, u ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.

Id-difiża qalet li l-vittma se titlaq mill-pajjiż u qablet mat-talba tal-Prosekuzzjoni minħabba li għandhom wild komuni li bħalissa jinstab mal-omm.

Il-Qorti wara li semgħet liż-żewġ partijiet, tat il-ħelsien mill-arrest lill-akkużat b’depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €2000 sakemm tingħata s-sentenza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport