Sunday, December 22, 2024

Jammetti li hedded lill-pulizija fil-festa ta’ San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Raġel ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li l-Ħadd waranofsinhar insulta u hedded lill-uffiċjali tal-pulizija waqt li kienet qiegħda tiġi ċċelebrata l-festa f’San Pawl il-Baħar.

Carmel Attard ta’ 55 sena tressaq quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco mixli b’theddid u insulti fil-konfront ta’ Spettur u żewġ uffiċjali tal-pulizija, li kien fis-sakra f’post pubbliku u li kiser il-paċi pubblika. 

Attard wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu, bil-Maġistrat twissih dwar il-konsegwenzi li din l-ammissjoni ġġib magħha. Huwa iżda kkonferma li hu ħati u talab skuża lill-uffiċjali tal-pulizija involuti. 

Il-Qorti, filwaqt li sabitu ħati, ikkundannatu għal sena ħabs sospiżi għal tliet snin flimkien ma’ multa ta’ €1,000 li trid titħallas fuq perjodu ta’ 10 xhur. 

Ekonomija

Sport