Friday, August 22, 2025

Jammetti li kiser il-kundizzjonijiet li bihom inħeles mill-arrest

Aqra wkoll

Joswil Galea ta’ 46 sena residenti Birkirkara ammetta li kien kiser żewġ kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kien ingħata f’Ottubru li għadda.

Hu ammetta wkoll li kiser sentenza li kien ingħata fl-2012 fejn kien instab ħati li qabbad dgħajsa sorġuta fil-pontoon ta’ Buġibba f’San Pawl il-Baħar. Dakinhar hu kien ġie kkundannat 3 snin u 3 xhur ħabs.

Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li l-imputat kien ilu xi ġimgħatejn ma jiffirma fl-għassa ta’ Birkirkara u meta mar biex jiffirma ġie arrestat.

Hekk kif Galea wieġeb ħati tal-akkużi kontrih, il-Prosekuzzjoni talbet lill-Qorti biex jiġi revokat il-ħelsien mill-arrest u jingħata piena effettiva ta’ ħabs.

Min-naħa tagħha d-difiża qalet li kemm jista’ jkun jingħata l-minimu, għax kien hemm koperazzjoni min-naħa tiegħu mal-Pulizija.

Il-Qorti ordnat li l-imputat jibqa’ jinżamm arrestat bil-kawża ġiet differita għat-3 ta’ Settembru għas-sentenza. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport