Jammetti li saq vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan

Aqra wkoll

Raġel ta’ 27 sena residenti l-Kalkara, wieġeb ħati għal diversi akkużi miġjuba kontrih b’rabta ma’ inċident tat-traffiku li seħħ fit-12 ta’ Ottubru fi Triq Kottonera, fil-Birgu.

Huwa ammetta li saq vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan u mingħajr polza tal-assigurazzjoni, kif ukoll li saq b’mod traskurat u negliġenti, u kkawża ġrieħi ħfief lil persuna.

Huwa ġie mixli wkoll li uża vettura mingħajr il-permess ta’ sidha u li naqas milli josserva l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kienu ġew imposti fuqu fi tliet proċeduri separati.

Il-Qorti ma tatx is-sentenza minħabba li għad iridu jiġu ppreżentati xi dokumenti. Il-Maġistrat Nadine Sant Lia laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, bil-kundizzjoni li jiffirma fl-għassa tal-Pulizija tliet darbiet fil-ġimgħa, jiddepożita s-somma ta’ €500 u taħt garanzija personali ta’ €2,500.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport