Raġel ta’ 38 sena tressaq il-Qorti akkużat li fit-30 ta’ Mejju fi Triq il-Vitorja f’Ħal Qormi seraq karozza ta’ ċertu Carmel Mifsud u mbagħad ta n-nar lil din il-vettura.
Il-każ jirrigwarda lil Frederick Mifsud mis-Siġġiewi li barra minn dawk l-akkużi, jinsab akkużat ukoll li hu reċidiv.
Mifsud tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, filwaqt li kien rappreżentat mill-avukati Franco Debono u Marion Camilleri. Hu ammetta li seraq il-vettura iżda ċaħad li taha n-nar.
Il-każ se jkompli jinstema’ quddiem l-istess Maġistrat. L-akkużat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,000.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Kylie Borg u Roderick Agius Custo.