Thursday, March 28, 2024

Jammetti li seraq mobile u oġġetti oħra minn fuq tfajla fil-Marsa

Il-Pulizija waslet għalih mill-istess ġakketta li kien liebes waqt ir-reat

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena miż-Żimbabwe tressaq il-Qorti fejn ammetta li seraq mobile u oġġetti oħra minn fuq tfajla ta’ 18-il sena fil-Marsa. Il-każ seħħ fil-5 ta’ Marzu, għall-ħabta tal-10.30 p.m. fi Triq is-Serkin. 

Fil-Qorti ħareġ kif il-Pulizija rnexxielha tasal għal Ibrahim Ismail Farouk, mill-istess ġakketta li kien liebes meta wettaq ir-reat. Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, Farouk wieġeb ħati wkoll li kien riċediv. 

Il-Qorti kienet infurmata wkoll li l-imputat m’għandux impjieg, bid-Difiża titlob li huwa jibda programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga. 

Is-sentenza fil-konfront tiegħu se tingħata fid-29 ta’ Marzu.

Ekonomija

Sport