Monday, May 6, 2024

Putin żar Mariupol, il-belt Ukrena li tinsab f’idejn ir-Russi

Aqra wkoll

Il-midja tal-istat tar-Russja qiegħda tirrapporta li l-President Vladimir Putin għamel żjara sorpriża f’Mariupol, il-belt tal-Ukrajna li tinsab f’idejn il-forzi Russi.

Filmat uffiċjali juri lil Putin isuq karozza fit-toroq matul il-lejl imbagħad iżur sala tal-kunċerti.  

Din tkun l-ewwel żjara ta’ Putin f’territorju Ukren li għadu kif ġie okkupat. L-aġenzija tal-aħbarijiet Tass irrapportat li huwa mar hemm b’ħelikopter u ltaqa’ ma’ nies lokali. 

F’filmat li ċċirkola fuq il-mezzi soċjali, uffiċjal Russu jinstema’ jispjega lil Putin kif il-belt qiegħda tinbena mill-ġdid.

Mariupol ilha taħt okkupazzjoni Russa għal aktar minn 10 xhur wara li spiċċat meqruda f’waħda mill-itwal u l-aktar battalji mdemmija f’dan il-kunflitt.

Sport