Saturday, May 18, 2024

Jammetti li ta tagħrif falz dwar kuntratt ta’ kera

Aqra wkoll

Milos Kornja, Serb ta’ 29 sena li qal li jgħix Tas-Sliema ammetta fil-Qorti li kien ta tagħrif falz lill-Aġenzija Sigurtà dwar kuntratt ta’ kera.

Is-Serb qal fil-Qorti li minkejja li kien qiegħed jammetti għal akkużi kontrih kien innoċenti, iżda ammetta biex ma jkomplix bil-proċeduri.

L-Ispettur Prosekutur Christian Abela qal quddiem il-Maġistrat Monica Vella li l-persuna li tat kuntratt lill-akkużat bħalissa tinsab il-Ħabs.

Wara li ammetta l-Maġistrat Vella kkundannat lil Kornja 7 xhur ħabs sospiżi għal sena.

Kornja kellu jidher għalih lill-Avukat Mario Caruana.

Sport