Friday, November 15, 2024

Jammetti li weġġa’ ħafif lill-eks sieħba f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Żvediż ta’ 52 sena residenti s-Swieqi kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li darab ħafif lill-eks sieħba. Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda f’San Ġiljan. 

Ir-raġel, li huwa sid ta’ ristorant, wieġeb ħati wkoll għall-akkużi li kkaġunalha biża’ li se tintuża vjolenza kontriha u li għamel ħsara fil-proprjetà ta’ ħaddieħor. Dan filwaqt li ammetta li għamel theddid u insulti li jaqbżu l-limitu tal-provokazzjoni u li għamel użu ħażin minn tagħmir ta’ komunikazzjoni elettronika. 

Wara li semgħet liż-żewġ naħat jitrattaw dwar il-piena, il-Maġistrat Lara Lanfranco kkundannatu sentenza sospiża flimkien ma’ multa ta’ €50, filwaqt li nħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara għall-perjodu ta’ tliet snin. Barra minn hekk, il-ħati tpoġġa taħt ordni ta’ trattament sabiex jindirizza l-problema tal-alkoħol li għandu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit .

Ekonomija

Sport