Saturday, December 14, 2024

Jammetti xi akkużi miġjuba kontrih … Iżda mhux għalkollox

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Abdulwahad Alasawad ta’ 33 sena mil-Libja nżamm arrestat wara li ġie mixli b’akkużi ta’ vjolenza domestika.

Alasawad ġie akkużat li beżża’ lill-eks sieħba tiegħu u heddidha permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni virtwali. Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, l-imputat wieġeb ħati, iżda mhux għall-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba tal-ħelsien mill-arrest minħabba l-possibbilità li dan jista’ jtellef fix-xhieda u minħabba r-riskju li jħalli l-pajjiż. Minħabba dawn ir-raġunijiet il-Qorti rrifjutat it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-biża’ li dan jonqos milli josserva l-kundizzjonijiet li jingħatawlu.

Ekonomija

Sport