Friday, July 19, 2024

Jammettu li użaw u ffalsifikaw il-liċenzja tas-sewqan

Aqra wkoll

Pavel Stankovic ta’ 30 sena tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li uża u ffalsifika l-liċenzja tas-sewqan.

Ir-Russu li qal li jgħix il-Għargħur wieġeb ħati. Id-difiża qalet li l-liċenzja tathielu l-kumpanija li kien jaħdem magħha fl-Islovnja.

FIl-Qorti ħareġ li kienet Transport Malta li skopriet li l-liċenzja kienet falza.

Wara li semgħet l-ammissjoni tal-akkużat il-Maġistrat Astrid May Grima, ikkundannatu sena ħabs sospiża għal sentejn. Il-Qorti ordnat lir-raġel biex iħallas multa ta’ €1,000.

Intant tressaq ukoll Branko Spaseki ta’ 29 sena mill-Maċedonja, residenti San Pawl il-Baħar li wkoll ammetta li uża u ffalsifika liċenzja tas-sewqan.

Hu ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal sentejn. Il-Qorti ordnatlu wkoll biex iħallas multa ta’ €1,000.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport