Saturday, July 20, 2024

Attakk mill-ajru fuq skola f’Gaża joqtol minn tal-inqas 16-il persuna

Aqra wkoll

Uffiċjali Palestinjani qalu li minn tal-inqas 16-il persuna nqatlu f’attakk mill-ajru fuq skola fil-medda ta’ Gaża.

Għexieren ta’ persuni oħra ndarbu f’dan l-attakk li seħħ fuq din il-binja li kienet qiegħda toffri kenn lill-persuni spostati mill-kamp tar-refuġjati ta’ Nuseirat fiċ-Ċentru ta’ Gaża.

Filmati minn fuq il-post urew adulti u tfal jiġru u jgħajtu fit-triq li kienet miksija trabijiet u terrapien, waqt li kien hemm oħrajn jippruvaw jgħinu lil dawk midruba.

Xhieda li tkellmu mal-BBC qalu li l-attakk seħħ fis-sulari ta’ fuq tal-iskola, li tinsab ħdejn suq ewlieni.

Intant, kien hemm ukoll rapporti fil-midja internazzjonali li nqatlu 10 persuni oħra f’attakk separat fuq residenza fl-istess kamp.

Il-Ħamas qal li ħames ġurnalisti lokali kienu fost dawk li nqatlu fl-attakki mill-Iżrael is-Sibt li għadda. Mill-bidu tal-kunflitt f’Gaża, jiġifieri mis-7 ta’ Ottubru li għadda, aktar minn 100 ġurnalist kienu rrapportati li tilfu ħajjithom.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport