Sunday, December 22, 2024

Jappella li ssir ġustizzja mal-105 persuni li qed jistennew il-warrant ta’ Avukati jew Prokuraturi Legali

Il-Ministru għall-Ġustizzja jibat ittra lill-President tar-Repubblika

Aqra wkoll

Filwaqt li nirrafferma l-impenn tal-Ministeru li jkompli jaħdem biex l-istandards jogħlew fil-professjoni, ma nistgħu qatt naqblu li biex persuna tirċievi l-warrant trid fost l-oħrajn tiddikjara jekk tbatix minn diżabbiltà fiżika, jekk fl-aħħar għaxar snin persuna għaddietx minn mard psikoloġiku, jekk fl-aħħar għaxar snin persuna kellhiex problemi ta’ vizzji anke jekk kemm-il darba ħarġet minnhom, jekk il-persuna hijiex soġġetta jew tagħmel parti minn kawża ċivili, inkluż ta’ natura familjari u bl-aktar mod inspjegabbli fejn kienet tattendi skola primarja. Iddikjara dan il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard f’ittra mibgħuta lill-President ta’ Malta George Vella b’reazzjoni għall-komunika mibgħuta l-Ħamis mis-Segretarja tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja li tgħid li l-kandidati għall-warrant ta’ Avukati u Prokuraturi Legali ma jistgħux jgħaddu mill-iskrutinju ta’ persuna tajba u xierqa minħabba xi nuqqas attribwit lilu.

Il-Ministru Attard żied jgħid li dak espress fil-komunika ma jirriflettix id-diskussjoni li saret fl-aħħar laqgħa li hu kellu mal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja fl-aħħar ta’ Marzu li għadda. Huwa ċċara li f’dik il-laqgħa huwa kien spjega r-riservi u l-oġġezzjonijiet kemm formalment kif ukoll informalment f’tentattiv li l-istess Kummissjoni tipprova tiżblokka l-impass.

Huwa temm jappella biex din is-sitwazzjoni tiġi solvuta mill-aktar fis qabel ikollu jiġi kkunsidrat intervent leġiżlattiv biex issir ġustizzja mal-105 persuni li diġà ġew eżaminati u approvati li għandhom il-kwalifiki u l-kompetenza biex jeżerċitaw din il-professjoni.

Ekonomija

Sport