Saturday, December 21, 2024

Jappella lir-residenti biex illejla jixegħlu xemgħa fit-twieqi b’solidarjetà maċ-ċkejken Kierin

Aqra wkoll

L-Arċipriet tal-Parroċċa taż-Żebbuġ Għawdex qiegħed jappella lir-residenti Għawdxin biex illejla ma’ nżul ix-xemx jixegħlu xemgħa.

L-Arċipriet Kan Ġwann Sultana stieden lill-komunità biex ipoġġu x-xemgħa fit-twieqi b’solidarjetà ma’ Kierin u familtu.

Huwa żied jiddeskrivi din ix-xemgħa bħala waħda ta’ fidi fil-Mulej, Tama fih u Imħabba lejn xulxin.

It-tfajjel ta’ 10 snin sofra ġrieħi serji wara li l-Ħamis li għadda għall-ħabta tan-12:30 p.m kien f’għalqa fl-Għasri meta spiċċa maqbud bejn żewġt inġenji.

Tim Mediku tah l-ewwel assistenza fuq il-post fejn minnufih bdew il-preparament biex ikun jista’ jiġi trasportat lejn l-Isptar Mater Dei minħabba l-kundizzjoni kritika li kien jinsab fiha.

Ekonomija

Sport