Thursday, April 25, 2024

Aġġornat: Jaqbeż f’baħar imqalleb u jsalva persuna mill-għarqa f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

Membri tal-Protezzjoni Ċivili llejla ssejħu biex jassistu f’salvataġġ ta’ Libyan ta’ 37 sena u ġuvni ta’ 14-il sena miċ-Ċina li sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.00 pm. meta l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili ġew infurmati li żewġ persuni kienu jinsabu fil-periklu li jegħrqu fl-inħawi ta’ Qui-si-Sana.

F’ħidma konġunta bejn l-awtoritajiet konċernati u ż-żagħżugħ; li kkordinaw f’din l-operazzjoni delikata, iż-żewġ persuni ttellgħu mill-baħar u ttieħdu lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Sport