Wednesday, April 24, 2024

Maltempata qawwija tolqot il-gżejjer Maltin

Għawdex b’medja ta' 90mm xita - niżel l-ammont kollu li s-soltu jitkejjel f’xahar sħiħ

Aqra wkoll

Maltempija qawwija laqtet lill-gżejjer Maltin b’diversi lokaltajiet madwar il-pajjiż, inkluż bosta lokalitajiet f’Għawdex mgħerqa. Fil-fatt qed jiġi rrappurtat li f’Għawdex niżlet medja ta’ 90mm xita. Dan ifisser li nizel l-ammont kollu li ġeneralment jinżel f’xahar.

Skont il-paġna ‘Aġġornament tat-temp’ fix-Xewkija niżlet 98mm xita filwaqt li f’Sannat niżlet 90mm u fix-Xagħra 89mm.

Il-lokalità ta’ Għajnsielem kienet fost l-agħar lokalitajiet li ntlaqtu minn dan il-maltemp kif jixhdu ritratti li ppubblika fuq il-midja soċjali s-Sindku ta’ Għajnsielem, Kevin Cauchi fejn appella lil kulħadd biex jevita Pjazza tad-Dehra, Triq Wied Rgħajjes u Triq Ħamri. 

Sport