L-eks deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rrefera għall-istħarriġ politiku ppubblikat iktar kmieni llum u esprima sens ta’ delużjoni għall-fatt li minkejja li llum m’għadux deputat, skontu kellu sehem u kien il-kaġun biex ikkonvinċa li ssir il-kawża tal-konċessjoni tal-Isptarijiet.
Azzopardi jkompli b’botta għall-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech meta f’post dwar dan ir-riżultat ma jsemmih imkien u jgħid li din hija rebħa tal-eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
L-eks deputat Nazzjonalista temm isostni dak li qal ftit tal-jiem ilu fuq Net TV u sostna li sa ftit tal-ġimgħat oħra r-riżultat se jkompli jinbidel.