Tuesday, April 23, 2024

Stħarriġ juri tnaqqis sostanzjali bejn il-partiti l-kbar

Il-Prim Ministru Robert Abela jibqa' l-iktar mexxej fdat

Aqra wkoll

Skont stħarriġ ippubblikat fil-gazzetta Maltatoday, maħdum wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ċivili b’rabta mal-konċessjoni tal-Isptarijiet jidher li d-distakk bejn iż-żewġ partiti nbidel.

L-istess stħarriġ juri li d-distakk bejn il-partiti l-kbar naqas għal kważi madwar 8,500 vot meta kkumparat mas-56,000 vot differenza reġistrati fl-istħarriġ tax-xahar li għadda.

Jidher ukoll li dawk li mhumiex se jivvutaw komplew jiżdiedu u dan jista’ b’xi mod ixekkel ir-riżultat tal-istess stħarriġ minħabba persentaġġ daqstant għoli ta’ persuni li qegħdin jgħidu li mhumiex se jivvutaw.

Rigward l-iktar mexxej fdat, il-Prim Ministru Robert Abela għadu jgawdi vantaġġ fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech b’persentaġġi ta’ 34.3% u 26.1% rispettivament.

Sport