Monday, April 29, 2024

L-ISFIDI LI AFFAĊĊJAJNA F’DAWN L-AĦĦAR 10 SNIN

Aqra wkoll

Proprju fl-aħħar jiem, kien jaħbat l-għaxar anniversarju minn mindu l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni fis-sena 2013. Dakinhar il-Partit Laburista ħa pajjiż f’idejh b’realtà fejn in-nies kien qegħdin jilmentaw bil-kbir mill-kontijiet tad-dawl li kienu żdiedu sostanzjalment. Kien żmien li fin għal ħafna sezzjonijiet tal-poplu, il-kwalità tal-ħajja kienet sejra lura u mhux ‘lquddiem. Il-qgħad kien ukoll qed jerfa’ rasu bil-mod il-mod.  Il-Gvern ta’ qabel is-sena 2013 kien gvern mifni b’qasma kbira u din għamlitha diffiċli jekk mhux impossibbli li dak il-gvern jagħti r-riżultati li xtaq il-poplu.

Gvern Laburista immedjatament wara lingħata l-fiduċja będą jaħdem. Wettaq mill-ewwel il-wegħda li jraħħal il-kontijiet tad-dawl u din tagħat nifs kbir lil għadd kbir ta’ familji u negozji. Wara segwew sensiela ta’ miżuri immigrati biex jgħinu lin-nisa u persuni oħra jidħlu fid-dinja  tax-xogħol. Ma’ dawn rajna għadd ta’ miżuri oħra intiżi biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji bħal Childcare b’xejn, żidiet regolari fil-pensjonijiet, għajnuniet ma jaqtgħu xejn għal min irid jixtri l-ewwel dar tiegħu.  Mill-aspett finanzjarju l-Gvern beda jaħdem qatigħ biex inaqqas l-iżbilanċ finanzjarju u d-dejn. Din il-ħidma kienet appoġġjata minn tkabbir ekonomiku sena wara sena.  Iddaħħlet l-istabbilita, u ddaħħlu għadd ta’ miżuri soċjali biex jgħinu lil vulnerabbli. Din il-ħidma saret waqt li ġiet miġġielda l-pandmija li ġabet lid-dinja għarkobbtejha.

Lil hinn minn dan ma nistgħux ma nitkellmux fuq l-isfidi li għandu l-pajjiż quddiemu llum.  Qegħdin ngħixu f’realtà fejn minħabba l-gwerra fl-Ukrajna u fatturi oħra, id-dinja u għalhekk anke pajjiżna qegħdin nesperjenza inflazzjoni għola.  F’Malta għalkemm rajna żieda fil-prezzijiet tal-ikel u prodotti oħra, l-inflazzjoni wieħed jista’ jgħid li nżammet taħt kontroll għax il-Gvern iddeċieda li jagħmel tajjeb hu għaż-żidiet fil-prezz tal-fjuwil.

L-isfida tal-inflazzjoni hi sfida li sa issa ma nafux kemm se ddum. Ovvjament aktar ma ddum din l-isfida aktar se tkun qed toħloq pressjoni fuq il-finanzi tal-gvern b’mod partikolari fejn jidħol il-piż li qed jerfa’ l-gvern fejn jirrigwarda l-prezzijiet tal-enerġija, prezzijiet li żieda tagħhom refagħha l-gvern biex ma jogħlewx il-kontijiet.

Nemmnu li sfida oħra li għandu quddiemu pajjiżna hi fejn jidħol l-ambjent. Illum il-kuxjenza favur l-ambjent kibret sew fostna.  Fl-aħħar snin rajna diversi iniżjattivi ambjentali fosthom miżuri biex jitnaqqas it-tniġġis u ħidma biex jiżdiedu l-ispazji pubbliċi. Rajna anke l-introduzzjoni tas-servizzi tat-trasport pubbliku bla ħlas. Rajna ukoll dejjem jiżdiedu il-proġetti  marbutin mal-enerġija alternattiva.

Nemmnu iżda li lilhinn mill-isforzi tal-Gvern hemm bżonn li l-poplu jibdel il-mentalità tiegħu. L-ambjent ma tgħinux bil-paroli jew billi tgħid li għandek kuxjenza ambjentali. L-ambjent tgħinu billi kull wieħed u waħda minnha jagħmel is-sehem tiegħu. Inaqqas l-emissjonijiet. Inaqqas l-użu tal-fjuwil. Inaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart fost oħrajn.

Nemmnu li pajjiżna għandu ukoll l-isfida quddiemu li ma jistax jibqa’ mifrud kif inhu. Nemmnu li ma nistgħux nibqgħu is-sitwazzjoni li nattakkaw personalment. Niddibattu iva kemm trid. Niddibattu imma l-argumenti u mhux il-persuni.  Illum aktar minn qatt qabel quddiem l-isfidi li għandna, hemm bżonn pajjiż aktar magħqud. Hemm bżonn ħidma aktar flimkien bejn Gvern u Oppożizzjoni. Trid tispiċċa l-idea li dak li tagħmel naħa hu tajjeb u dak tan-naħa l-oħra kollu ħażin.

Nemmnu li sfida li pajjiżna irid jibda jindirizza hi dik li dejjem qed jonqos l-interess fil-politika b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ. Ninsabu ftit aktar minn sena bogħod mill-elezzjoni biex neleġġu ir-rapprezentanti fil-Parlament Ewropew. Jeżisti tħassib, li f’dawn l-elezzjonijiet se jkomplu jiżdiedu dawk li mhux se jivvutaw. Hemm raġunijiet diversi għaliex persuni jagħżlu li ma jivvutawx. Hemm kwistjonijiet marbutin ma’ Oppożizzjoni dgħajfa, fejn kemm jekk tivvota u kemm jekk le, mhux se tagħmel differenza kbira. Hemm oħrajn iħossu li l-politiċi inqatgħu minn nies. 

Nemmnu li dan għandu jkun indirizzat u dan billi bil-mod il-mod terġa’ tibda tiddaħħal il-fiduċja tan-nies fil-politika. Fiduċja li twassal għal parteċipazzjoni akbar fl-għażla tar-rappreżentanti li  se jirrappreżentaw lill-poplu. 

Sport