Manchester United qed isegwu sew il-progress tad-difensur ta’ Everton Jarrad Branthwaite. Dan tal-aħħar għandu 22 sena u ilu mat-Toffees sa mis-sena 2020 fejn lagħab 67 logħba u skorja erba’ gowls. F’dawn l-aħħar snin hu kien ukoll qed jilgħab fuq bażi ta’ self ma’ Blackburn Rovers u PSV Eindhoven. Il-kowċ tar-Red Devils Ruben Amorim iridu miegħu fit-tentattiv li jsaħħaħ l-iskwadra tiegħu. Hu qal li li l-klabb tiegħu lest li jħallas is-somma ta’ £50 miljun għalih.