Friday, July 31, 2026
Home Sport Napoli ifittxu difensur ċentrali

Napoli ifittxu difensur ċentrali

0
82

Napoli qed jaħdmu sabiex għall-istaġun li ġej ikollhom difensur ċentrali ġdid u d-diriġenti qed jisimgħu l-ħtiġijiet tal-kowċ Antonio Conte. Fil-fatt dan tal-aħħar semma’ erba’ plejers li possibbilment wieħed minnhom jista’ jingħaqad mal-Partenopei u dawn huma Oumar Solet ta’ Udinese, Sam Beukema ta’ Bologna, Radu Dragusin ta’ Tottenham Hotspur u Federico Gatti ta’ Juventus.

Conte qal li d-dipartiment difensiv għadu mhux kif jixtieq hu u għalhekk irid aktar saħħa f’dan ir-rigward.