Thursday, December 26, 2024

Jasal lura fl-Indja ajruplan li kien miżmum fi Franza fuq suspett ta’ traffikar tal-bnedmin

Aqra wkoll

Ajruplan li kien qed iġorr mijiet ta’ ċittadini Indjani wasal lura fl-Indja dalgħodu wara li kien ilu miżmum għal diversi jiem f’ajruport fi Franza minħabba suspett ta’ traffikar tal-bnedmin.

L-Airbus A340, li kien qed jivvjaġġa mill-Emirati Għarab Magħquda lejn in-Nikaragwa, qajjem suspett waqt waqfa għall-fjuwil. 

L-ajruplan tħalla jitlaq b’276 passiġġier iżda 25 persuna fosthom żewġ minuri baqgħu fi Franza wara li applikaw għall-ażil. Żewġ suspettati traffikanti wkoll baqgħu fi Franza għal aktar investigazzjonijiet, madankollu l-Qrati lliberathom.

Qed ikun irrapportat li l-awtoritajiet Franċiżi ssuspettaw ukoll li l-persuni abbord l-ajruplan setgħu kienu qed jivvjaġġaw lejn in-Nikaragwa biex imbagħad jipprovaw jidħlu fl-Istati Uniti jew il-Kanada.

Għadu mhux ċar jekk l-awtoritajiet iddeterminawx b’mod definittiv li ma sar ebda reat qabel ma ħallew l-ajruplan jitlaq. Mhux ċar ukoll għaliex it-titjira marret Mumbai minflok kompliet bil-vjaġġ tagħha lejn in-Nikaragwa.

Ekonomija

Sport