Wednesday, July 24, 2024

Titjira minn Malta lejn il-Kajr iddur lura għax ma tgħabbewx il-bagalji

Aqra wkoll

Titjira tal-Almasria Universal Airlines li telqet minn Malta aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m kellha ddur lura lejn pajjiżna wara xi ħin fl-ajru.

It-titjira UVL012 kienet fi triqtha lejn il-Kajr, l-Eġittu meta siegħa wara t-tlugħ, il-pilota nstema’ javża lill-passiġġieri li kien se jkollu jdur lura. Skont sorsi qrib dan is-sit jidher li r-raġuni li ngħataw il-passiġġieri kien li b’diżvista ma kinux tgħabbew il-bagalji.

It-titjira ttardjat b’diversi sigħat u dan hekk kif ħalliet pajjiżna proprju ftit tal-ħin ilu għall-ħabta tas-2:30 p.m u mistennija tasal fid-destinazzjoni għall-ħabta tas-6:00 p.m. Nifhmu li dik minn Kajr lejn Malta mistennija tittardja b’numru ta’ sigħat.

Ekonomija

Sport