Friday, November 22, 2024

Jasmine tinsab nofs triq f’mira li jeħtieġ tilħaqha sa Settembru li ġej

Aqra wkoll

“Qgħadt naqra ktieb waqt li kont għaddejja bil-prattika ta’ kif għandi noqgħod fin-Neurocytonix tube għat-trattament li se ningħata f’Monterrey”.

Fl-aħħar sigħat, il-ġenituri ta’ Jasmine – tifla ta’ sena u nofs b’kundizzjoni newroloġika sa mit-twelid – qasmu dan il-messaġġ pożittiv fuq il-profil ta’ Facebook ‘Jasmine’s Journey’, hekk kif iċ-ċkejkna għaddejja b’taħriġ meħtieġ sabiex it-trattament li se tirċievi fi ftit ġimgħat oħra jkun suċċess.

Iċ-ċkejkna mistennija tħalli xtutna f’Settembru li ġej sabiex tkun tista’ tirċievi trattament mediku fil-Messiku differenti minn dawk li rċeviet s’issa bil-għan li fil-futur qarib tkun tista’ tgħix ħajja indipendenti.

Din ir-replika tat-tubu nbniet mingħand membru tal-familja ta’ Jasmine sabiex tkun tista’ tiffamiljarizza ruħha ma’ tubu simili għal dak li se ssib jistennieha waqt it-trattament minħabba li trid tqatta’ siegħa kuljum għal xahar sħiħ fih.

Fl-istess kitba ngħad ukoll li s’issa Jasmine rnexxielha tissaporti nofs siegħa f’dan it-tubu. Dan ifisser li ċ-ċkejkna, minkejja l-età tenera tagħha, ġa rnexxielha tasal nofs triq għall-mira li għandha bżonn tilħaq fi ftit ġimgħat oħra.

Sport