Monday, May 13, 2024

Tisfronda parti mit-Triq Ta’ Ċenċ fiż-Żebbuġ Għawdex

Aqra wkoll

Fl-aħħar ġimgħat sfrondat it-Triq ta’ Ċenċ fiż-Żebbuġ Għawdex u minħabba l-periklu li hemm il-Kunsill Lokali ddeċieda li jagħmel l-istess triq ‘one way.’

Persuni li tkellmu ma’ Talk.mt qalu li r-residenti kienu ilhom xhur sħaħ juru tħassib dwar din it-triq, iżda fl-aħħar ġimgħat it-triq sfrondat u għalhekk hemm periklu kbir.

Il-kunsill Lokali taż-Żebbuġ jidher li m’għandu l-ebda seta’ li jirranġa t-triq biex tkun waħda sigura, u għalhekk kompla jitlob lill-awtoritajiet konċernati biex it-triq imsemmija titranġa b’mod immedjat u jitneħħa kull periklu.

Sport