Monday, May 13, 2024

Imut Angus Cloud l-attur mis-serje ‘Euphoria’

Aqra wkoll

Angus Cloud l-attur mis-serje ‘Euphoria’ miet fl-età ta’ 25 sena. Hu jibqa’ mfakkar għall-parti ta’ Fezco li biha kiseb ħafna popolarità.

Il-mewt ta’ Cloud tħabbret mill-maniġer fejn qal li l-attur miet fid-dar tiegħu f’Oakland f’Kalifornja.

“B’sogħba kbira qegħdin inħabbru l-mewt ta’ Cloud. Diffiċli biex insellmu memorja ta’ persuna b’karattru daqshekk f’saħħtu,” intqal fi stqarrija li ħareġ il-maniġer tiegħu.

Il-ġimgħa li għaddiet Cloud kellu jidfen lil missieru u skont il-familja “kien ilu jiġġieldu mard ta’ saħħa mentali u l-mewt ta’ missieru ma riedx jaċċetta.”

“L-unika konsulazzjoni hija li nafu li Cloud qiegħed mill-ġdid ħdejn missieru li mhux biss kien qisu bħala ġenitur, iżda bħala l-akbar ħabib tiegħu,” temmet tgħid l-istqarrija.

Sport