Sunday, December 22, 2024

Jason Azzopardi b’botta dwar il-votazzjoni bi prokura fl-elezzjoni għall-Kap tal-PN

Aqra wkoll

“Insellmilkom. Jekk il-Bambin irid, għada naraw logħba sabiħa hawnhekk. Bla proxy. Di persona.” Iddikjara dan L-eks deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi f’ritratt li qasam más-segwaċi tiegħu fuq Facebook.

Dan wara li lbieraħ filgħaxija l-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista avża li kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista li fil-preżent jinsabu msefrin u jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tal-vot għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Kummissjoni Elettorali biex tinħatar persuna li minflokha u fuq direzzjoni tal-kunsillier tkun tista’ tivvota (proxy).

Minkejja li Azzopardi kien qiegħed jitkellem dwar il-finali taċ-champions league li se tintlagħab għada, mhux eskluż li hu kien qiegħed jgħaddi botta rigward l-elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista u l-fatt li ġie deċiż li f’isem dawk li jinsabu msefrin jista’ jivvota xi ħaddieħor.

Ekonomija

Sport