Monday, May 20, 2024

“Symphony of Stars”, spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika fl-Imqabba

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2022, l-Għaqda tan-Nar fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba ser tippreżenta “Symphony of Stars”. Dan se jinkludi spettaklu ta’ nar sinkronizzat ma’ diversi siltiet mużikali, nhar is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2022 fl-9:45 p.m fil-Bypass tal-Imqabba. 

L-ispettaklu ser ikun jikkonsisti minn logħob tan-nar tradizzjonali fosthom murtali tal-beraq, murtali tal-kulur, blalen, sfejjer u diversi affarijiet oħra flimkien ma’ wirja piromużikali tul is-serata kollha.

Wara, ssegwi esibizzjoni ta’ nar tal-art oriġinali u mekkanizzat. L-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju kienet ir-rebbieħa ġenerali tat-tieni edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art fuq il-Fosos tal-Floriana kif ukoll naqqxet isimha fil-Guinness Book of World Records bil-ħruq tal-akbar reddiena fid-dinja.

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq is-sit elettroniku uffiċjali tas-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

Sport