Monday, April 15, 2024

Jason Azzopardi jissuġġerixxi li l-arrest preventiv jirdoppja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi issuġġerixxa li l-arrest preventiv ikun jista’ jirdoppja fil-ħin f’dawk li huma każijiet serji.

Azzopardi semma kif sal-lum il-Pulizija għandha 48 siegħa biex tinvestiga reat u persuna interrogata trid tiġi rilaxxata jekk ma titressaqx il-Qorti f’dan il-perjodu.

Huwa issuġġerixxa li f’reati serji l-pulizija li jkun qed jinvestiga l-każ jitlob lill-Maġistrat tal-Għassa biex l-arrest tal-persuna titla’ għal 96 siegħa, jew numru li jkun hemm qbil dwar bejn iż-żewġ naħat, ħalli l-Pulizja tingħata s-saħħa tiġġieled bis-serjeta l-kriminalità organizzata.

Azzopardi semma kif f’ħafna pajjiżi Ewropej reati gravi huma ikkunsidrati bħala dawk fejn persuna tista’ teħel disa’ snin jew aktar jekk tinstab ħatja nkluż stupru, hold-ups vjolenti u qtil.

Ekonomija

Sport