Monday, November 4, 2024

Jean Borg jingħaqad ma’ Fidelis Andria mingħand Valletta

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Il-player internazzjonali Malti Jean Borg se jkun qed ikompli l-karriera tiegħu fl-Italja wara li d-difensur ċentrali laħaq ftehim biex jingħaqad mal-club Taljan tas-Serie C, Fidelis Andria.

Id-difensur ta’ 25 sena ilu membru ewlieni ta’ Valletta FC għal dawn l-aħħar snin u l-wirjiet tiegħu kemm għall-klabb kif ukoll għall-pajjiż ġibdu l-interess ta’ Fidelis Andria.

Borg kellu kuntratt ma’ Valletta FC sal-aħħar tal-istaġun iżda d-difensur kellu klawsola fil-kuntratt li seta’ jħalli lill-Beltin jekk jirċievi offerta mingħand klabb barrani.

Il-klabb Taljan avviċina lil Borg dan ix-xahar u ntlaħaq ftehim fuq termini personali bil-plejer se jkun qed iħalli Malta din il-ġimgħa biex jibda l-avventura tiegħu fl-Italja fejn għandu jiffirma ftehim sa tmiem l-istaġun.

Dan is-sit għamel kuntatt ma’ Jean Borg innifsu fejn tana dawn il-kummenti: “Kienet deċiżjoni diffiċli li nitlaq lil Valletta FC fejn għamilt disa’ snin magħhom, imma nħoss li kien pass li ridt nagħmel għall-aħjar tal-karriera tiegħi. Din se tkun ħaġa ġdida għalija, imma qed inħares ‘il quddiem biex nesperjenza din l-avventura barra mill-pajjiż.”

Sport