Saturday, November 23, 2024

Jefferson de Assis huwa l-BOV Plejer tax-Xahar

Aqra wkoll

Jefferson de Assis ta’ Gzira United żied trofew ieħor tal-‘BOV Plejer tax-Xahar’, mat-tlieta l-oħra li diġá rebaħ, dawk għal Awwissu u Settembru 2022, kif ukoll dak ta’ Ottubru 2019, li kien l-ewwel wieħed għalih.

L-attakkant Brażiljan kien l-eroj għal Gżira United hekk kif skorja darbtejn biex ta rebħa ta’ 2-0 lill-Maroons fuq Hibernians fil-konfront dirett bejn żewġ timijiet li qed jisfidaw għal post fil-futbol Ewropew dan is-sajf u fejn ukoll ġie vvutat bħala l-‘BOV Plejer tal-logħba’

Aktar kmieni fix-xahar, Jefferson fetaħ l-iskor fir-rebħa ta’ 3-0 ta’ Gzira fuq Marsaxlokk, fejn irċieva mingħand Maxuell u ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper xlukkajr Drobnjak. Dawn iż-żewġ rebħiet ikkonsolidaw lit-tim ta’ Darren Abdilla fit-tieni post fil-klassifika tal-BOV Premier League, wara l-leaders runaway Ħamrun, b’Jefferson bħalissa fuq nett fil-lista tal-aqwa Scorers.

Priscilla Attard, Manager tal-Fergħa tal-Gzira tal-Bank of Valletta ppreżentat il-BOV Player of the Month Trophy għal Jannar 2022 lil De Assis li għażel lil Caritas biex jibbenefikaw mid-donazzjoni tal-Bank assoċjata ma’ dan il-premju.

L-Unur tal-BOV Plejer tax-Xahar jiġi ppreżentat lill-aqwa plejer fil-Kampjonat BOV Premier għal dak ix-xahar kif ivvutat minn panel apposta. Dan jifforma parti mill-isforz bejn il-Malta Football Association u l-Bank of Valletta lejn l-eċċellenza fl-isport.

Sport