Sunday, May 5, 2024

Titħabbar ir-riżenja tal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Griega

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-inċident traġiku li seħħ fil-Greċja fl-aħħar sigħat, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Griega, Kostas Karamanlis, għadu kemm ħabbar ir-riżenja tiegħu minn din il-kariga.

“Meta sseħħ xi ħaġa traġika bħal dan l-inċident tal-bieraħ, huwa impossibbli li tkompli għaddej b’mod normali daqslikieku ma ġara xejn … din tissejjaħ responsabbiltà politika,” saħaq Karamanlis.

Huwa kompla jgħid li ħa din id-deċiżjoni bħal turija ta’ rispett lejn dawk il-persuni li tilfu ħajjithom fl-inċident, filwaqt li temm billi wassal il-kondoljanzi lill-familjari tal-vittmi.

Sport