Saturday, December 21, 2024

Jegħrqu 75 immigrant… salvati kważi 800 persuna

Aqra wkoll

Matul il-ġurrnata tal-bieraħ l-organizazzjoni umanitarja Sea Watch wettqet żewġ salvataġġi, fejn f’dak ta’ wara nofsinhar salvat 73 persuna. B’kollox fl-aħħar sigħat, Sea Watch salvat 368 persuna, fil-vjaġġ tagħhom ta’ tama mil-Libja lejn l-Ewropa. Dawn il-persuni, xi wħud minnhom bi trawma kbira, qegħdin jistennew li jingħataw port sigur.

Dan is-sit hu infurmat li biex twettqu dawn is-salvataġġi, xi drabi ntuża l-ajruplan Sea Bird, li minnu setgħu jaraw ukoll il-moviment tal-Gwardja tal-Kosta Libjana li f’xi każi ippruvaw jinterċettaw lid-dgħajjes. Fil-każ il-gwardji Libjani, wara xi ħin irtiraw lura.

Wieħed irid jirrimarka, li minkejja li hu kontra l-liġi umanitarja li immigranti u dawk li jkunu qed ifittxu ażil jittieħdu lura  lejn il-pajjiż li minnu jkunu ħarbu, din il-prattika qed tibqa’ tiġi użata mill-Gwardji tal-Kosta Libjani, liema gwardji huma mħarrġin minn fondi Ewropej. 

Jegħrqu 75 immigrant

Intant fl-aħħarr sigħat sar magħruf li għerqu 75 immigrant meta dawn kienu ftit mili ‘l barra mil-Libja.  L-Organizazzjoni għal Migrazzjoni (IOM) irrappurtat li minn informazzjoni li kellha minn 15-il immigrant li ġew salvati minn xi sajjieda ‘l barra mill-port ta’ Zuwara fil-Libja ġie stabbilit li magħhom kien hemm 75 immigrant li għerqu.

Il-Gwadji tal-Kosta Taljani salvaw 420 immigrant

Fl-aħħar sigħat ukoll il-Gwardji tal-Kosta Taljani salvaw xejn inqas minn 420 immigrant fosthom għadd ta’ tfal. 

Ekonomija

Sport