Sunday, December 22, 2024

Jeħel sitt snin ħabs wara li stupra tfajla f’Londra waqt li kienet rieqda

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Raġel ta’ 36 sena ġie kkundannat sitt snin ħabs wara li tressaq il-Qorti ta’ Londra akkużat li waqt li kien preżenti għal festin ta’ divertiment, stupra tfajla li attendiet l-istess festin. Fil-Qorti nstema’ kif il-każ imur lura għal sentejn ilu.

Il-Qorti semgħet kif fis-6 ta’ Frar tal-2021, tfajla ta’ 20 sena attendiet l-istess festin li attenda l-akkużat, Marcelle DaCosta, f’Enfield. Intqal kif wara l-festin, fis-sigħat bikrin tal-għada filgħodu, is-7 ta’ Frar, it-tfajla raqdet f’indirizz fejn hemmhekk DaCosta stupraha waqt li kienet rieqda.

Fil-Qorti ta’ Londra, il-Prosekuzzjoni xehdet kif it-tfajla għamlet rapport dwar l-inċident lill-Pulizija Metropolitana ta’ Londra fit-13 ta’ Frar. Immedjatament kif sar ir-rapport, bdiet investigazzjoni mit-tim tal-Protezzjoni Pubblika taż-Żona tat-Tramuntana ta’ Londra. DaCosta ġie arrestat fid-19 ta’ April. Minkejja li huwa kien akkużat li stupra tfajla, huwa ċaħad l-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Surġent mit-tim tal-Protezzjoni taż-Żona tat-Tramuntana, Myles Bossman li mexxa l-investigazzjoni qal li bħala individwu DaCosta jista’ jitqies bħala persuna perikoluża, minħabba l-fatt li meta kien qed jiġi mistoqsi mill-Pulizija, ma wera l-ebda rimors għal emilu.

Huwa wassal ukoll messaġġ mingħand il-Korp kollu tal-pulizija ta’ Londra, magħruf ħafna bħala Met Police. Huwa qal; “Il-Met tħeġġeġ lil kull min hu vittma jew xhud ta’ attakk sesswali sabiex jikkuntatja lill-pulizija. Din il-kundanna sservi bħala tfakkira li dawk li jagħmlu reati orribbli bħal dawn se jinstabu u ssir ġustizzja kif suppost’’.

Ekonomija

Sport