Thursday, March 14, 2024

Ayrton Tonna jerġa’ jsib postu fuq il-podju minkejja xi ntoppi fi Sqallija

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn il-Ġimgħa 24 u l-Ħadd 26 ta’ Marzu, is-Sewwieq tal-Karting Ayrton Tonna kien fiċ-Circuito Internazionale di Triscina fi Sqallija biex jikkompeti fit-tieni tellieqa tal-Coppa Italia Sicilia. Sfortunatament, l-affarijiet ma bdewx tajjeb, peress li t-tim ta’ Ayrton kellu diffikultajiet biex jissetja ix-chassis u jsib is-setup korrett tal-magna. Madankollu, dan ma qatax qalb Tonna u xorta reġa’ sab postu  fuq il-podju.

Tonna kiseb it-tieni position fil-pole position, spiċċa il-prefinali fit-tieni post u l-finali fit-tieni post ukoll. Dan huwa t-tieni podju fi Sqallija għal Tonna, hekk kif fl-ewwel round ta’ dan il-kampjonat li sar bejn is-26 u s-27 ta’ Frar, f’Pista Del Sole, f’Siracusa Sqallija, spiċċa fl-ewwel post.

Ayrton Tonna rringrazzja lil missieru, Jonathan Tonna, talli kien il-kowċ, il-mekkanik tiegħu u fuq kollox offra s-sapport morali fl-aktar mumenti diffiċli.

Ekonomija

Sport