Raġel ta’ nazzjonalita barranija ħelisha ħafif wara li għall-ħabta tas-2.30pm waqa’ minn fuq il-mutur li kien qiegħed isuq.
L-inċident seħħ fi Triq Dom Mintoff, fin-niżla tal-MCAST f’Raħal Ġdid. Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei biex jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel. Iżda b’xorti tajba jidher li ma sofra l-ebda ġrieħi u ma kienx hemm bżonn li jittieħed l-Isptar Mater Dei.
Fuq il-post ukoll marru uffiċjali tal-pulizija mill-ewwel bdew jikkontrollaw it-traffiku li kien hemm.