Friday, May 3, 2024

Il-Proġett tal-Pjazza ta’ Buġibba mistenni jibda fix-xhur ta’ wara s-sajf tal-2024

Aqra wkoll

Il-Proġett imwiegħed tal-Pjazza ta’ Buġibba se jkun qiegħed jibda fix-xhur ta’ wara s-sajf tal-2024. Hekk ħabbar il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fil-Parlament ilbieraħ.

Il-Ministru waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea dwar dan il-proġett sostna li “l-proġett tal-upgrading tal-Pjazza ta’ Buġibba bħalissa jinsab fil-fażi tat-tender document drafting. Il-proġett huma mistenni li jidba fix-xhur ta’ wara s-sajf 2024.”

Hu kompla jgħid li “dan il-proġett, li se jitwettaq flimkien ma’ Infrastructure Malta, huwa mistenni li jdum għaddej madwar erbatax-il xahar. Il-pjanti sa issa għadhom l-istess li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Peress li s-sit huwa wieħed ċentrali, mhux eskluż li dawn il-parametri ikollhom xi tibdil.”

Sport