Saturday, May 18, 2024

Arsenal jinsistu fuq Dusan Vlahovic

Aqra wkoll

Arsenal huma lesti li jġeddu l-interess tagħhom fl-attakkant Serb ta’ Juventus Dusan Vlahovic. Dan tal-aħħar hu viċin li jkollu ftehim mal-Bianconeri sabiex iġeddulu l-kuntratt iżda fl-istess ħin il-kowċ tal-Gunners Mikel Arteta jrid lil dan il-plejer b’ċertu insistenza speċjalment għax jaf li fl-attakk hu ferm kapaċi.

Fl-aħħar sigħat daħlu wkoll Chelsea għalih b’Juventus li qed jistmaw li jiswa €60 miljun.

Ladarba ma jirnexxielhomx iġibu lil Vlahovic, Arsenal għandhom pjan B hekk kif se jippruvaw għal Ivan Toney ta’ Brentford.

Sport