Wednesday, October 9, 2024

Jeħlisha ħafif wara li l-karozza ħaditlu n-nar

Aqra wkoll

Sewwieq jista’ jgħodda b’waħda hekk kif il-karozza li kien qiegħed isuq ħadet in-nar waqt li kien għaddej minn Marsa – Ħamrun bypass.

Fuq il-post mill-ewwel marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li bdew jikkontrollaw in-nirien. Minħabba n-nirien qawwija li ħakmu l-karozza kien hemm biża’ li saret ħsara fuq it-tarmak.

Kien għalhekk li dalgħodu ssejħu l-ħaddiema ta’ Transport Malta biex jagħmlu t-testijiet meħtieġa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport