Tuesday, April 30, 2024

Jeħlisha ħafif wara li nqaleb bil-karozza f’Santa Venera

Aqra wkoll

Żagħżugħ ħelisha ħafif wara li tard ilbieraħ għall-ħabta tal-10:45 p.m kien involut f’inċident li seħħ Santa Venera.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li żagħżugħ ta’ 25 sena għal xi raġuni nqaleb bil-karozza Toyota Fun Cargo li kien qiegħed isuq. Miegħu fil-karozza kien hemm riekba tfajla ta’ 20 sena li fortunatament ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard irriżulta li kien sofra minn ġrieħi ħfief.

Sport